|
Childcare Centre
F’Dinja fejn kull ma jmur il-ġenituri qed joħorġu jaħdmu kif ukoll f’dinja fejn in-nanniet qed jiġu mħajra li jibqgħu attivi, il-Kunsill għaraf il-ħtieġa u l-bżonn li jwaqqaf Childcare Centre. Dan fil-fatt beda jopera f’Lulju tal-2002. Dan huwa l-ewwel proġett f'Malta u Għawdex ta’ dan it-tip immexxi minn xi Kunsill Lokali. Saret sala apposta għal dan il-għan u din ġiet attrezzata bl-iktar mod attraenti u bla periklu għat-tfal. Dan huwa servizz li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-ġenituri li jixtiequ jħallu għal ftit ħin lilll-uliedhom f’post addattat fejn mhux biss ikunu qed jirċievu protezzjoni imma wkoll edukazzjoni. Iċ-Childcare centre huwa mmexxi minn żewġ assistenti b’dedikazzjoni u attenzjoni kbira.
Ic-Childcare centre jinsab fiċ-Ċentru tal-Komunita, fi Triq id-Duluri, San Lawrenz. Jiftaħ kull nhar a’ Tlieta u Ġimgħa bejn it-8:00 u n-12:30 ta’ wara nofsinhar. Jistgħu jużaw dan is-servizz tfal ta’ bejn is-sena u nofs sa seba’ snin. Għal din l-attendenza l-ġenituri jħallsu 35 ċenteżmu għal kull siegħa. Dan is-servizz il-Kunsill estendiħ ukoll għal tfal minbarra r-raħal.
Dawk kollha li jixtiequ japplikaw għal dan is-servizz jew jirċievu aktar informazzjoni
għandhom jikkomunikaw mal-Kunsill permezz ta' email: jew timla l-formola
jew billi ċċempel fuq numru tat-telefon 21563556.
FORMOLA ON-LINE
|