Emblema ta' San Lawrenz
  English Version
Dħul
Ibgħat ittra
Mappa tas-Sit
Fittex

Asfaltar fit-Toroq


Minn kemm ilu mwaqqaf il-Kunsill dejjem ħadem biex jara li l-istat tat-toroq tal-lokal jinbidlu f’wieħed li jixraq liċ-ċittadini. Il-Kunsill beda biex fl-1996 kesa tlett toroq li huma Triq Nicholas Monsarrat, Triq ta’ Bieb il-Għar u Triq Dun Salv Portelli. Fi snin ta’ wara l-Kunsill kompla fuq il-proġett tar-resurfacing ta’ Triq it-Torri li swiet lil Kunsill Lm30,918 dritt wara mbarrka fuq il-proġett ta’ Triq Wied Merill li ġiet tiswa Lm15,939. Sadanittant il-Ministeru għal Għawdex għoġbu jagħti resurfacing lil żewġ toroq oħra fil-lokal; Triq il-Wileġ u parti minn Triq il-Ġebla tal-Ġeneral.

Il-Kunsill kompla billi kesa wkoll Triq Ciangura u parti minn Triq il-Ġebla tal-Ġeneral. It-toroq kollha msemmija inbidlilhom il-main tal-ilma u fil-każ ta’ Triq Ciangura sar ukoll water culvert. F’dawn l-istess toroq il-kunsill ħa ħsieb li t-toqob tal-arbli tal-festa jitgħattew b’tappieri apposta biex jiġi evitat li fil-futur joqgħodu jitqattgħu dawn l-istess toroq u fl-istess ħin biex nagħmluha aktar faċli għall-voluntiera li jaħdmu għal festa.