|
Kanali tal-Ilma
Fil-bidu tat-twaqqif tiegħu l-Kunsill kien konxju mill-problema kbira ta’ għargħar tal-ilma li kienet teżisti fi Triq il-Wileġ. Għalhekk wieħed mill-ewwel proġetti tal-Kunsill kien kanal tal-ilma f’din it-triq. Dan ġie jaħdem tajjeb ħafna u din il-problema illum il-ġurnata nqatgħet għal kollox.
Il-Kunsill kien jinnota wkoll li Triq id-Duluri qed issofri wkoll minn din il-problema peress li kienet iżżomm ħafna ilma tax-xita. Għalhekk il-Kunsill wkoll għamel kanal tal-ilma ieħor f’din it-triq. Dan baqa sejjer sa Triq San Lawrenz.
Kanal tal-ilma ieħor sar ukoll fi Triq Ciangura. Fil-preżent dan il-kanal mhux qed jiġi intużat peress li huwa l-ħsieb tal-Kunsill li hekk kif iwettaq il-proġett tal-pjazza, iqabbad dan il-kanal ma ġibjun li jeżisti taħt l-art fil-pjazza.
Kanal tal-ilma ieħor sar riċentement fi Triq Dun Salv Portelli. Dan ukoll ġie mqabbad mal-ġibjun li sar taħt il-bandli tal-lokal. Dan l-ilma ser jintuża għal bdiewa tal-qrib.
Dawn l-esperjenzi wasslu biex fl-aħħar tiġi eliminata kull problema ta’ għargħar ta’ ilma fir-raħal.
|