Emblema ta' San Lawrenz
  English Version
Dħul
Ibgħat ittra
Mappa tas-Sit
Fittex

Il-Membri


Sindku Noel Formosa

Sindku ta San Lawrenz sa mit-twaqqif tal-Kunsill. Iservi f'diversi għaqdiet volontarji tal-parroċċa, fir-raħal u f'Għawdex. Rappreżentant Reġjonali tal-Kunsilli Lokali Għawdxin fl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Jirrappreżenta lill-Gvern Malti fil-Kunsill ta l-Ewropa u fil-Kumitat tar-Reġjuni ta l-Unjoni Ewropea. Chairman ta diversi kumitati reġjonali bħalma huma l-kumitat tas-Sindki. Viċi President tal-Group Popolari Ewropew fil-Kumitat tar-Reġjuni.

Sindku Noel Formosa

Viċi Sindku Anthony Formosa

Għandu livell ta edukazzjoni sekondarja. Miżżewweġ u għandu tlett itfal. Ħadem fl-Awstralja. Membru ta' diversi għaqdiet tar-raħal u attiv f'għaqdiet tal-lokal.

Vici Sindku Anthony Formosa

Kunsilliera Luigia Grima

Taħdem bħala social carer. Miżżewġa u għandha tlett itfal. Membru tal-Leġjun ta Marija. Membru fil-Kunsill Parrokkjali. Tgħallem id-duttrina. Membru u attiva f'diversi għaqdiet tar-raħal.

Kunsilliera Luigia Grima

Kunsillier John Mericieqa

Miżżewġ u għandu żewġt itfal. Għandu livell ta edukazzjoni sekondarja. Jaħdem f' Ta' Dbieġi Crafts Village. Attiv f'diversi għaqdiet u attivitajiet tar-raħal.

Kunsillier John Mercieqa

Kunsillier Joe Sultana

Miżżewweġ u għandu erbgħa t'itfal. Għandu livell ta' edukazzjoni sekondarja. Jaħdem mal-Public Works Department. U huwa membru u attiv f'diversi attivitajiet tar-raħal.

Kunsillier Joe Sultana

Segretarju Eżekuttiv Lucienne Haber

Segretarja Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali San Lawrenz kważi sa mit-twaqqif tiegħu. Hija Miżżewġa lill Marcell u għandha żewġ it-tfal. Hija sservi ta' segretarja ta' diversi sotto kumitati fi ħdan il-Kunsill Lokali San Lawrenz

Segretarju Ezekuttiv Lucienne Haber