Emblema ta' San Lawrenz
  English Version
Dħul
Ibgħat ittra
Mappa tas-Sit
Fittex

St. Laurence Spurs F.C.


St. Laurence SpursIl-Klabb tal-futbol ġie mwaqqaf fl-1968 minn xi dilettanti taħt it-tmexxija ta' Toni Formosa. Għal bidu t-tim kien jismu St. Laurence Football Club. Dan it-tim ipparteċipa fil-kampjonati ta' 1968-1969, 1969-1970, 1970-1971. Sfortunatament dan it-tim kellu jiġi xolt u jabbanduna l-kampjonat 1971 minħabba li ħafna mill-plejers fundamentali tagħhom emigraw.

Bejn 1971 u 1983 il-villaġġi ta' San Lawrenz u Għarb ingħaqdu u ddeċidew li flimkien jwaqqfu tim ta' taħt is-16 il-sena. Minħabba li ż-żewġ villaġġi jinsabu fil-puntent ta' Għawdex u s-Sur Mercieca wieħed miż-żewġ fundaturi huwa partitarju tat-tim Ingliż Totenham Hotspurs, iddeċidew li jsemmu t-tim Western Spurs. It-tim kien iffurmat mill-plejers ta' Għarb u San Lawrenz. Sentejn wara t-timi ġie xolt u ż-żewġ villaġġi waqqfu tim għalihom. Dan it-tim ma baqax jikkompeti fl-1985.

Fl-istess sena, tim ieħor bejn San Lawrenz u Għarb ġie ffurmat. Dan it-tim ikkompeta fil-logħob FiFA li kien jismu Għarb-St. Laurence F.C. Iżda dan it-tim ipparteċipa biss għall-istaġun 1085-1986. Sena wara San Lawrenz ifforma timi ġdid li għadu jikkompeti fil-kampjonat Għawdex sal-lum. Dan it-tim jismu St. Laurence Spurs F.C.