Emblema ta' San Lawrenz
  English Version
Dħul
Ibgħat ittra
Mappa tas-Sit
Fittex

Għaqda Drammatika


Pagaent tal-MiliedDan il-grupp ġie mwaqqaf fl-1969 fuq l-inizjattiva tas-Sur Gorg Borg. Qabel kienu jiġu ppreżentati drammi u farsi pero ma kien jeżisti l-ebda grupp responsabbli għat-tmexxija tagħhom. Il-biċċa l-kbira tad-drammi kienu taħt id-direżżjoni ta’ Dun Ġuzepp Piscopo. Matul is-snin, din l-assoċjazzjoni assummiet r-responsabilita tal-Pagaent tal-Milied. Hija ukoll responsabbli għall-attivitajiet tal-Karnival u għal rapprezentazzjoni tal-palk li jinżammu matul is-sena. Barra min hekk, dan il-grupp jorganiżża ukoll Festival li jinżamm kull sena fil-ġimgħa ta’ qabel il-festa titulari tal-parroċċa. Dan il-festival ġie organiżżat għall-ewwel darba fl-1983.

Ta’ kull sena fl-lejliet il-Milied, r-raħal ta’ San Lawrenz jorganizza pageant spettakulari li fiha għal-sagħtejn il-bibbja tieħu l-ħajja. Kważi nofs il-popolazzjoni ta’ din il-kommunita’ żgħira tieħu sehem f’dan il-Pagaent tal-Milied. Il-pagaent jippreżenta xeni u kostumi bibbliċi minn żmien il-Profeti sal-Miġja tat-Tliet Slaten Maġi. Qaddisin, Rejiet, Suldati u personaġġi mit-Testment l-Qadim u l-Ġdid jimxu minn ġot-toroq prinċipali tar-raħal akkumpanjati minn żewġ orkestrini jdoqqu strumenti tradizzjonali. Il-pagaent jintemm bil-karattri ewlenin jifformaw presepju ħaj waqt li tifel żgħir jagħmel il-priedka tal-Milied.

Personaġġi jimxu minn ġot-toroq prinċipali tar-raħalDan il-pagaent għandu tradizzjoni twila. Fis-snin ta’ dritt wara it-tieni Gwerra Dinjija, il-kappillan Dun Gorg Debrincat irnexxielu jtellgħa dramm ‘musical’ tal-Milied. Il-parteċipanti kienu kollha irġiel ħlief għal ftit bniet taħt it-tnax il sena li kellhom parti żgħira. Kien hemm ħafna sfidi x’jintrebħu. Riedu jinħietu l-ħwejjeg, kellhom jinżebgħu x-xeni u ħafna affarijiet oħra, u kollox fi żmien diffiċli ħafna. Pero l-isforżi kienu ppremjati għaliex n-nies attendew bi ħġarhom. Fil-ġurnal ‘Għawdex’ naqraw li d-dramm ‘It-Twelid ta’ Gesu Bambin’ kien suċċess u għalih attendew 3000 ruħ.

Madankollu, l-ewwel pageant propju ġie mtellgħa fl-1969. Gorg Borg skopra li l-kostumi ta’ dawk il-produzzjonijiet kienu għadhom tajbin. Tnax il-ġurnata qabel Lejliet il-Milied huwa ħabbar li dawk il-kostumi se jerġgħu jintużaw għal pageant. F’dan l-ewwel pageant ħadu sehem erbgħin ruħ. Iżjed ma għadda ż-żmien, iżjed nies bdew jiparteċċipaw u llum jieħdu sehem ‘l fuq minn mija u ħamsin ruħ f’dan il-pagaent.