Emblema ta' San Lawrenz
  English Version
Dħul
Ibgħat ittra
Mappa tas-Sit
Fittex

Meals on Wheels


Għal dawn l-aħħar għaxar snin il-Kunsill Lokali San Lawrenz fil-ġranet l-aktar sbieħ u importanti tas-sena (jiġfieri fil-Milied u fil-festa ta’ San Lawrenz) iqassam platt sħun lill dawk kollha li jgħixu waħedhom fir-raħal. Il-ħsieb tal-Kunsill hu li almenu f’dawk il-ġranet speċjali kulħadd ikun qed jiekol diċenti u ma jħossux waħdu. Dawn il-meals on wheels jitqassmu direttament mis-Sindku u l-Kunsilliera.