Emblema ta' San Lawrenz
  English Version
Dħul
Ibgħat ittra
Mappa tas-Sit
Fittex

Twaqqif ta' Librerija u Reference Room


Sessjoni ta’ QariIl-Kunsill Lokali minn dejjem kien il-promotur ewlieni tal-qari fil-lokalita’ tagħna. Id-devoluzzjoni tal-librerija lokali kienet meqjusa mill-Kunsill bħala strateġika. Il-Kunsill bidel is-swali tal-librerija, għamilhom aktar qrib l-iskola u attrezzahom bl-aktar mod professjonali u attraenti. Minn dak in-nhar in-numru ta’ tfal, ġenituri u żgħażagħ li jużaw din il-librerija irdopja. Twaqqaf monument f’ġieħ Nicholas Monsarrat kittieb famuż Ingliż li għamel l-aħħar 15 il-sena ta’ ħajtu jgħix f’ San Lawrenz. Din il-librerija ġiet imsemmija għalih sabiex iċ-ċittadini tagħna ikollhom lejn minn iħarsu f’dan il-qasam u wkoll inkabbru il-pride tar-raħal fil-qasam tal-letteratura.

Fil-librerija il-Kunsill ipprova jimxi wkoll maż-żminijiet. B’dan l-iskop twaqqfet kamra apposta li hija miżgħuda b’kotba ta’ riferenza kif ukoll Computer u software ta’ informazzjoni għall użu ta’ dawk li jridu jagħmlu riċerki avvanzati.

Reading Sessions

Biex it-tfal tagħna jitħajjru jaqraw iktar, matul il-ġranet tas-sajf kif wkoll darba fil-ġimgħa fil-ġranet ta’ l-iskola, l-Kunsill jorganiżża sessjonijiet ta’ qari għat-tfal minn persuni kwalifikati fil-qasam.