|
Manutenzjoni
Il-Kunsill huwa responsabbli mill-manutenzjoni tal-lampi, bankini u toroq fil-lokal.
Lampi
Bħala manutenzjoni tal-lampi, l-Kunsill huwa responsabbli mill-lampi kollha li jinsabu mwaħħlin mal-ħitan. Ir-responsabilita tal-lampi li huma f’toroq arterji u dawk imwaħħlin fuq arblu s’issa għadhom f’idejn l-Enemalta. Pero minkejja dan, ir-residenti, huma mitluba li jekk jinnotaw xi ħsara għandhom jirrapurtaw lil Kunsill biex dan iressaq l-ilment tiegħu. Il-Kunsill japprezza li meta wieħed jigi biex jirraporta bozza, jikkwota n-numru li wieħed isib fuq il-bracket.
F’kaz ta’ ħtieġa ta’ rapurtar ta’ xi bozza dan jista jsir permezz ta’ email fuq l-indirizz: jew timla l-formola
jew billi ċċempel fuq numru tat-telefon 21563556 u jindika n-numru tal-bozza u s-sit ezatt fejn tinsab.
FORMOLA ON-LINE
Bankini
Il-Kunsill jitratta kull talba li tidħollu għall-manutenzjoni ta’ xi bankina jew ħtiega ta’ xi bankina ġdida. Għal xi talba ta’ bankina ġdida jew manutenzjoni ibgħat email fuq l-indirizz: jew timla l-formola
jew billi ċċempel fuq numru tat-telefon 21563556 u agħtina l-informazzjoni meħtieġa.
FORMOLA ON-LINE
Toroq
Il-priorita tal-Kunsill Lokali San Lawrenz kienet mill-bidu nett dik li jara li t-toroq kollha tal-lokal ikunu fi stat tajjeb. Il-Kunsill kwazi kesa t-toroq kollha tiegħu. It-toroq li għad fadal biex jinksew huma ftit ħafna u dawn huma mistennija li jitwettqu fis-snin li ġejjin.
Għal xi talba ta’ Triq ġdida jew manutenzjoni ibgħat email fuq l-indirizz: jew timla l-formola
jew billi ċċempel fuq numru tat-telefon 21563556 u agħtina l-informazzjoni meħtieġa.
FORMOLA ON-LINE
|