|
Kumitati u Sotto Kumitati
Kumitati
Fi ħdan il-Kunsill Lokali San Lawrenz jeżisti Kumitat wieħed u żewġ sottokumitati.
Il-Kumitat tal-Ġemellaġġ twaqqaf f’Jannar 2005 u minn dakinhar ‘l hawn ma naqasx milli jiltaqa’ mill-anqas darba fix-xahar. Dan il-Kumitat ħadem għall-organizazzjoni tal-festi tal-ġemellaġġ li saru kemm f’San Lawrenz u kemm f’Colle Umberto fis-Sajf 2005 u issa qed ikompli jaħdem fuq proġetti li jistgħu jaħdmu fuqhom iż-żewġ lokalitajiet fis-snin li ġejjin.
Sottokumitati
Il-Grupp Folkloristiku Ta' Ċiangura huwa sottokumitat fi ħdan il-Kunsill Lokali San Lawrenz. Ix-xogħol ta' dan is-sottokumitat huwa li jmexxi 'l quddiem lil dan il-Folkgroup li ġie mwaqqaf mill-istess Kunsill.
"Youth for San Lawrenz" huwa sottokumitat fi ħdan il-Kunsill Lokali San Lawrenz li jaħdem fil-qasam taż-żgħażagħ speċjalment f’dawk li huma Youth Exchanges kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
|