|
Amministrazzjoni
Sabiex il-Kunsill ikun jista jwettaq fil-prattika d-deċiżjonijiet tiegħu jinħtieġ li jkollu numru ta' uffiċjali skond kif provdut fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali.
L-amministrazzjoni tal-Kunsill hija mmexxija mis-Segretarju Eżekuttiv li huwa l-kap finanzjarju, eżekuttiv u amministrattiv.
Is-Segretarju Eżekuttiv għandu:-
-
Joħroġ l-avviżi kollha, iħejji l-aġenda b'konsultazzjoni mas-Sindku u jattendi l-laqgħat kollha;
- Jirreġistra l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill u tal-kumitati.
- Kull sena jissottometti lis-Sindku rapport amministrattiv dettaljat;
- Jieħu ħsieb li jingħataw lill-Kunsill estimi tad-dħul u nfiq tal-Kunsill matul is-sena finanzjarja li tkun ġejja;
- Jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu jingħatawlu jekk ikunu delegat lilu mis-Sindku jew mill-Kunsill
Il-Kunsill huwa regolat ukoll bin-numru ta' mpjegati li jinsta jingaġġa miegħu. Fil-fatt il-liġi kif inhi fil-preżent tispeċifika li Kunsill, minbarra s-Segretarju Eżekuttiv, ma jistax ikollu aktar minn impjegat għal kull elfejn u ħames mitt ruħ (2,500).
Fil-każ tal-Kunsill ta' San Lawrenz is-Segretarju Eżekuttiv li hija s-Sinjura Lucienne Haber. L-ewwel segretarju tal-Kunsill Lokali San Lawrenz kien is-Sur Emanuel Grima li serva fil-Kunsill mill-1 ta' Ġunju 1994 sas-26 ta' Awissu 1994.
Is-Sinjura Haber inħatret bħala Segretarja mis-27 ta' Awissu 1994 u għadħa tokkupa din il-kariga sa llum.
Biex tgħin lis-Segretarja fix-xogħol tagħha ta' kuljum inħatret bħala Skrivana s-Sinjura Carmen Micallef. Ilha taħdem fil-Kunsill mill-1 ta' Diċembru 1995.
Illum l-iskrivana tal-Kunsill isservi wkoll bħala librara ta' l-istess Kunsill.
|