|
Grupp Folkloristiku ‘Ta' Ciangura'
Inċentiv ieħor li ħoloq il-Kunsill huwa dak tat-twaqqif ta’ Folkgroup fejn grupp li huwa kompost minn għoxrin mara li huma kemm tfajliet kif ukoll ommijiet. Dan il-grupp iltaqa’ għall-ewwel darba bħala provi fil-26 ta’ Awissu u esebixxa għall-ewwel darba bħala launching nhar it-3 ta’ Ġunju 2004. Fit-13 ta’ Jannar 2004 twaqqaf ukoll għall-ewwel darba Kumitat tal-Folkgroup u dan baqa jiltaqa’ darba kull xahar. Dan il-Kumitat huwa kompost minn tnax –il membru fejn Annie Formosa hija l-president, Laurence Cauchi huwa s-Segretarju u Carmen Cilia hija l-kaxxiera.
L-ewwel wirja tiegħu ngħatat fl-waħda mill-attivitajiet li kienu jfakkru l-okkażżjoni tal-Għaxar Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali San Lawrenz. Il-grupp jagħti wirjiet taż-żfin kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Din l-inizjattiva apparti li qed iżomm ħaj il-folklor f’San Lawrenz qed tagħti żvog ieħor lil diversi nisa speċjalment nisa tad-dar. L-għalliema għal dan il-grupp hija s-Sinjura Simone Grech u l-persuna responsabbli mill-Folkgroup hija Miss Annie Formosa.
Din is-sena l-folkgroup "Ta Ciangura" pparteċipa fil-Karnival t’Għawdex bis-suġġett "Fil-passat u l-preżent niċċelebraw il-Karnival".
Shows li saru miż-żeffiena tal-Folkgroup fis-sena 2004
Launching tal-Group – 3 ta’ Ġunju 2004
Buġibba Art Show – 10 ta’ Lulju 2004
Summer Song Festival – 31 ta’ Lulju 2004
Festival San Lawrenz – 2 t’Awissu 2004
Oasi 'Riflessi Sajfin’ – 21 t’Awissu 2004
Jum l-Għasri – 28 ta’ Settembru 2004
Guatemala Show Xewkija – 23 ta’ Novembru 2004
Shows li saru matul is-sena 2005
Lejla folkloristika tal-Karnival, Victoria – 4 ta’ Frar 2005
Serata tal-Karnival f’San Lawrenz – 5 ta’ Frar 2005
Fireworks Festival, Isla – 30 t’April 2005
Festa Għasri – 3 ta’ Ġunju 2005
Jum San Lawrenz, San Lawrenz – 4 ta’ Ġunju 2005
Parteċipazzjoni fis-serata “Sqaqien’ f’San Lawrenz- 21 ta’ Lulju 2005
Pateċipazzjoni fil-Buġibba Art Festival – 22 ta’ Lulju 2005
Festival San Lawrenz – 26 ta’ Lulju 2005
Ċerimonja tal-Iffirmar tal-Ġemelaġġ - 27 ta’ Lulju 2005
Ftuħ tal-Playing Field, San Lawrenz – 18 ta’ Awissu 2005
Wirja f’Colle Umberto, l-Italja – 3 ta’ Settembru 2005
Għeluq iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika – 23 ta’ Ottubru 2005
Show imtellgħa mill-GTA – 6 ta’ Novembru 2005
|